F’Novembru li għadda l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta laħaq il-miri tiegħu ta’ passiġġieri li jgħaddu minnu.
Dan sostnieh il-Kap Eżekuttiv tal-Ajruport Alan Borg, li spjega kif it-traffiku li għadda mill-ajruport fix-xahar ta’ qabel tal-aħħar tas-sena, laħaq l-aspettattivi.
Intqal li mill-ajruport għaddew kważi tliet mija u sittax-il elf passiġġier f’Novembru.
Fi stqarrija l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta spjega li s-suq Taljan għadda dak Ingliż u minnu kien hemm iktar minn sittin elf u ħames mitt moviment tal-passiġġieri.
Permezz ta’ titjiriet lejn ajruport fil-kapitali tal-Polonja, is-suq Pollakk kellu prestazzjoni aħjar minn dak Spanjol.