Il-Prim Ministru Serb Ana Brnabic qalet illi t-tennista Novak Djokovic jista’ jaffaċċja sanzjonijiet jekk jinstab li hu attenda għall-attività jum wara li ħareġ pożittiv għall-Covid-19.
Hija qalet illi r-regoli qegħdin hemm għal kulħadd. Saħqet li r-regoli tal-kwarantina jinsabu fis-seħħ biex tħares saħħet il-poplu Serb.
Il-Prim Ministru Brnabic tenniet li għalissa għad m’għandiex l-informazzjoni kollha dwar meta hu kien mgħarraf li ttestja pożittiv.
Temmet tgħid li hija grata għal dak li rnexxielu jikseb it-tennista numru wieħed fil-karriera tiegħu, madanakollu hemm standards li huma hemm għal kulħadd.