Novak Djokovic avvanza għas-semifinali ta’ Wimbledon hekk kif fil-kwartifinali tal-lum għeleb lit-taljan Jannik Sinner f’konfront kumbattut. Filfatt Sinner kien deher viċin li jwettaq sorpriża hekk kif rebaħ l-ewwel żewġ sets, rispettivament 7-5 u 6-2. Iżda Djokovic wettaq rimonta kbira tant li rebaħ it-tliet sets ta’ wara: 6-3, 6-2 u 6-2.
Djokovic li huwa s-seed numru 1 u anke ċ-champion renjanti ta’ Wimbledon, fis-semifinali jilgħab kontra r-rebbieh tal-kwartifinali l-oħra bejn Cameron Norrie u David Goffin.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI