Raġel li kien qed jhedded b’sikkina lil dawk li kienu mexjin biswitu, inqatel mill-pulizija wara li ġew sparati tiri lejh.
Huwa ttieħed l-isptar, iżda miet ftit wara.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-attakk seħħ fit-Tramuntana tal-kapitali Norveġiża Oslo. Il-Pulizija qalet li s’issa m’hemm l-ebda informazzjoni li torbot dan il-każ ma’ attakk terroristiku, madanakollu l-persuna kienet magħruf sew mal-pulizija.