In-nomini tal-kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u dawk tal-Kunsilli Lokali, li se jsiru fit-8 ta’ Ġunju li ġej, se jintlaqgħu onlajn jew fl-uffiċini tal-Kummissjoni Elettorali bejn il-Ħamis 25 t’April u t-Tnejn 29 t’April li ġejjin.
Dan tħabbar fi stqarrija mill-Kummissjoni Elettorali stess, fejn ingħad li l-applikazzjonijiet onlajn iridu jsiru fuq is-sit www.electoral.gov.mt.
Il-Kummissjoni Elettorali qalet li l-kandidati li jmorru japplikaw fiżikament fl-uffiċini tagħha fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar jew fir-Rabat Għawdex, iridu jippreżentaw il-karta tal-identità u l-parti ta’ fuq tal-formola tan-nomina.