Malta tefgħet l-offerta biex topsita l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini.
Malta ssottomettiet l-offerta biex tospita l-kwartieri tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini, l-EMA, skont kif miftiehem nhar it-22 ta’Ġunju ta’ din is-sena meta l-Mexxeja Ewropej qablu dwar ir-rilokazzjoni tal-EMA u l-Awtorita Ewropea tal-Banek fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Dan kollu skont kif propost mill-President tal-Kummissjoni Ewropea u il-President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Il-Kwartieri tal-EMA bħalissa jinsabu f’Canary Wharf, Londra, u jimpjegaw mad-900 persuna minn madwar l-Ewropa. l-EMA hija responsabbli minn monitoraġġ u evalwazzjoni tal-mediċini tat-tobba u tal-veterinarji qabel ma dawn ikunu disponibbli fis-Suq Waħdieni Ewropew.
B’kollox għoxrin pajjiż tefgħu l-offerta rispettiva tagħhom biex jospitaw l-EMA wara li jitlesta il-proċess Brexit.