Il-Kap ta’ Alleanza Bidla, Ivan Grech Mintoff tefa’ n-nomina għall-elezzjoni ġenerali fuq tnax-il distrett minn tlettax-il distrett. Dan minkejja li wieħed jaħseb li kandidat jista’ jikkontesta fuq żewġ distretti biss. L-Alleanza Bidla għanda ukoll żewġ kandidati li se jikkontestaw fuq il-ħdax-il distrett.
Dawn in-nomini, l-Alleanza Bidla għamlithom ilbieraħ wara nofsinhar, ftit tal-ħin qabel in-nomini għalqu. Minkejja li wieħed jara mhux tas-soltu li l-istess kandidat jikkontesta kważi fuq id-distretti kollha, il-Kummissjoni Elettorali approvat dawn in-nomini.
Għalhekk jidher, li ma hemm ebda regoli li jillimitaw kemm il-distrett jikkontesta kandidat fl-elezzjoni ġenerali. Iżda l-partiti ewlenin f’pajjiżna dejjem għażlu li jillimitaw il-kandidatura tagħhom għal żewġ distretti.