Hekk kif il-qraba ta’ Nolan Farrugia qed jipprovaw iniżżlu l-aħbar kiefra li wieħed minnhom ħalla din id-dinja, kollega taż-żagħżugħ kitbet fuq il-midja soċjali li Farrugia mhu se jkun minsi qatt, u li l-post tax-xogħol mhux se jibqa’ l-istess mingħajru.
F’messaġġ qalbien fuq il-profil tagħha, it-tfajla ddeskriviet lil Nolan Farruga bħala “ħabib li qatt ma jieqaf jagħmillek tbissima fuq wiċċek”, u li wara 4 snin jaħdem fl-istess stabbiliment tal-ikel, huwa se jħalli vojt kbir.
Aktar kmieni l-Ħamis, ir-ristorant fejn kien jaħdem iż-żagħżugħ qal fuq il-midja soċjali li se jibqa’ magħluq tul il-jim b’rispett lejn il-memorja tiegħu.
Diversi rapporti fil-midja lokali qalu li Farrugia kien fi triqtu lejn ix-xogħol fil-ħin li seħħ l-inċident li ħasadlu ħajtu.