Il-Partit Laburista nieda l-aħħar billboard tiegħu fit-toroq madwar Malta u Għawdex bil-messaġġ pożittiv “Noħolqu x-xogħol mhux il-firda”.
Messaġġ imsejjes fuq id-diskors li għamel fi Pjazza Kastilja l-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat nhar Jum il-Ħaddiem, li matulu tkellem dwar il-ħidma tal-Gvern fl-aħħar sitt snin li wasslet biex pajjiżna għandu fost l-inqas rata ta’ qgħad fl-Unjoni Ewropea.