Mijiet ta’ eluf ta’ dimostranti nġabru f’Varsavja għal wieħed mill-akbar dimostrazzjonijiet fil-Polonja mill-waqgħa tal-komuniżmu fl-1989.
Numru ta’ kwistjonijiet ġabru lid-dimonstranti flimkien, fosthom id-drittijiet għan-nisa u persuni LGBTIQ, frustrazzjonijiet dwar l-inflazzjoni, u l-għoli tal-ħajja.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Partitarji qed jingħaqdu mal-mixja kontra l-partit nazzjonalista Liġi u Ġustizzja (PiS), immexxi minn Jaroslaw Kaczynski.
L-uffiċċju tas-Sindku għal Varsavja qal li huwa stmat li attendew nofs miljun ruħ għall-avveniment. Fost dawk li qed jattendu hemm l-eks Prim Ministru Donald Tusk, u l-eks President Lech Walesa.