B’total ta’ 531,962 passiġġier, Settembru kien it-tielet xahar konsekuttiv li fih għaddew millAjruport Internazzjonali ta’ Malta aktar minn nofs miljun passiġġier.
Dan ifisser li kien hemm żieda ta’ 5.8% fuq l-istess xahar fl-2015. It-tkabbir ta’ Settembru kien xprunat minn konnettività mtejba lejn il-gżejjer Maltin tul is-sajf.
L-aqwa ħames swieq ta’ Malta baqgħu r-Renju Unit, l-Italja, il-Ġermanja, Franza u Spanja, bisswieq kollha jirreġstraw diversi livelli ta’ tkabbir li varjaw minn 2% sa 14%. It-tkabbir tas-suq Franċiż irriżulta prinċipalment minn kapaċità miżjuda lejn wieħed mill-ajruporti ewlenin ta’ Franza, Paris Orly.
Barra minn hekk, f’Settembru, Spanja dehret għat-tielet darba konsekuttiva mal-aqwa ħames swieq tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, wara li kien hemm żieda fit-titjiriet fuq ir-rotta ta’ Madrid. Għalkemm ma klassifikawx mal-aqwa ħames swieq ix-xahar li għadda, kemm il-Polonja u kemm l-Isvizzera raw żieda sostanjali fil-passiġġieri meta mqabbel mas-sena li għaddiet, li ammontat għal 36% u 14%, rispettivament.