Nofs il-populazzjoni adulta taċ-ċittadini fl-Unjoni Ewropea hija mlaqqma kompletament.
Dan tħabbar mill-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen fuq il-midja soċjali.
Fuq Twitter, il-President tal-Kummissjoni Ewropea qalet li dan se jkompli jgħin sabiex l-Ewropa tiġġieled kontra l-varjanti tal-virus.
Hija żiedet tgħid kif l-għan huwa li 70% tal-popolazzjoni fl-Unjoni Ewropea tkun imlaqqma kompletament.
Malta kienet l-ewwel pajjiż mill-istati membri kollha tal-Unjoni Ewropea li laħqet l-immunità għall-virus.