Noffru aspirazzjoni, mhux qtigħ ta’ qalb.Dan hu messaġġ li l-Partit Laburista nieda fit-toroq tal-pajjiż ftit tal-ħin ilu.
Messaġġ li jkompli jfisser il-viżjoni tal-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Partit Laburista għax-xhur u s-snin li ġejjin.
Filwaqt li ħaddieħor ibeżża’ u jgħid li l-Maltin huma l-agħar fl-Ewropa, l-aspirazzjoni tal-Prim Ministru hi li l-Maltin u l-Għawdxin isiru sinjuri żgħar.