Psikjatra xehed fil-Qorti kif Noel Azzopardi, li jinsab mixli bil-qtil tal-Ewwel tas-Sena, ma kienx attenda għal xi appuntamenti li kellu miegħu u għalhekk dawn kellhom jiġu posposti.
Il-Psikjatra Joseph Vella Baldacchino qal dan hekk kif kompliet il-kumpilazzjoni kontra Azzopardi, li jinsab mixli li qatel lil Eric Borg, fil-bidu tas-sena fir-Rabat.
Fix-xhieda tiegħu, il-psikjatra spjega li l-kuntatt ma’ Azzopardi kien ilu għaddej mill-elfejn u sittax u l-aħħar darba li kellmu kien fl-elfejn u dsatax. Ix-xhud qal ukoll li, f’dan il-perjodu, kien hemm xi appuntamenti li l-imputat m’attendiex u kien hawn li tah xi mediċini kontra l-Iskizzofrenija u oħrajn biex jikkalma.
Fl-istess seduta, fuq il-pedana tax-xhieda tela’ wkoll is-Supretendent Keith Arnaud, li spjega li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija sabu li l-akkużat kien ossessjona ruħu b’Eric Borg u qrabatu, tant li anke beda jsus warajhom.
Is-Supretendent Arnaud qal li fir-residenza ta’ Azzopardi kienu nstabu sitt isnieter, b’wieħed minnhom jinstab moħbi wara arloġġ kbir.
Xehed ukoll is-Supretendent Robert Vella, li spjega li wieħed mill-avukati tad-difiża kien allega li l-allegat qattiel u l-vittma kienu argumenti fl-akkwati tal-għelieqi tiegħu