Fil-jum li ħarġet statistika ġdida li wriet li x-xogħol żdied bl-eluf, il-Prim Ministru Joseph Muscat tenna li l-mira issa hi li l-qgħad jinżel taħt l-4,000.
Hu qal dan għall-mistoqsija dwar il-mod kif reġa’ kien ikkonfermat kemm sejjer tajjeb il-qasam tax-xogħol. “No news but good news,” qal il-Prim Ministru fil-filmat li jidher hawn.