Nisa Laburisti tifraħ is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi Julia Farrugia Portelli tal-ewwel miżura fir-riforma tal-prostituzzjoni li approva l-Gvern.
Il-President ta Nisa Laburisti, Nikita Zammit Alamangom qalet “li wasal iż-żmien li l-vittmi ma jibqgħux ikunu penalizzati imma jingħataw l-għajnuna meħtieġa u mhux jintegħu l-ħabs.”
Nisa Laburisti faħħret il-mekkaniżmu tal-Exit Programme għall-vittmi ta’ prostituzzjoni, li hija waħda li toffri triq alternattiva lil min jixtieq jibda ħajja ġdida.
L-għaqda temmet billi ħeġġet il-Gvern jkompli jimplimenta aktar miżuri f’dan is-settur tal-prostituzzjoni u indikat li hemm bżonn isir aktar fil-qasam tat-traffikar uman; sew fil-qasam tal-prostituzzjoni iżda daqstant ieħor importanti fil-qasam tax-xogħol.