Koppji li jadottaw tarbija se jkunu qed igawdu minn għotja ta’ €10,000. Din hija wegħda elettorali oħra mwettqa minn dan il-gvern.
Fi stqarrija Nikita Zammit Alamango, il-President ta’ Nisa Laburisti, esprimiet is-sodisfazzjon tagħha wara li kienet Nisa Laburisti li ssottomettiet din il-proposta bħala parti minn sett ta’ proposti għall-manifest elettorali tal-Partit Laburista.
S’issa bbenefikaw 17 -il familja minn din l-għotja.
Filwaqt li tħares ‘il quddiem biex aktar familji jibbenefikaw minn din l-għotja għall-addozzjoni, Nisa Laburisti se tkompli taħdem biex fiż-żmien li ġej tipproponi aktar proposti biex jgħinu lill-familji.