Il-kunċert TEMA 79 li l-Partit Laburista qed jorganizza biex ifakkar l-erbgħin sena mill-Ħelsien ta’ pajjiżna se jkollu 15 – il kantant.
Kantanti li se jingħaqdu mal-orkestra ta’ erbgħin ruħ tal-maestro Joe Brown biex is-serata tad-9 ta’ Marzu f’Dar il-Mediterran se tkun waħda ta’ livell għoli u divertiment liema bħalu.
ONE NEWS jista’ jiżvela wħud minn dawn il-kantanti.
Mary Spiteri, Claudia Fianello, Brooke Borg, William Mangion, Lawrence Gray, Glen Vella u Tiziana Calleja se jkunu fost l-ismijiet magħrufa li se jakkumpanjaw lill-maestro Joe Brown u l-orkestra tiegħu.
Żorna lill-maestro Brown fl-istudio fejn diġa’ beda bit-tħejjijiet biex jadatta wħud mill-aqwa suċċessi tal-1979 għal dawn il-kantanti.
Filwaqt li iktar kantanti se jkunu żvelati fil-jiem li ġejjin ONE NEWS jista’ jikkonferma li nofsh dawk li se jieħdu sehem irrappreżentaw lil Malta fil-Eurovision.
Il-biljetti għal din l-attivita tal-Partit Laburista mexjin b’ritmu mgħaġġel u s-sala ewlenija ta’ Dar il-Mediterran daqt tkun mimlija.
Għalhekk dawk li jixtiequ jattendu l-kunċert għandhom jixtru l-biljetti minnufih minn fuq mcc.com.mt jew mill-booking office ta’ dar il-Mediterran. Biljetti jinbiegħu wkoll miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, fil-ħinijiet tal-uffiċċju