One News jista’ jiżvela l-ewwel reazzjoni għad-diskors tal-Baġit mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia.
Sorsi fi ħdan il-Partit Nazzjonalista żvelaw magħna r-reazzjoni li l-Kap Nazzjonalista se jagħti f’konferenza tal-aħbarijiet fid-9.00 p.m. fil-Parlament. Huwa se jiddeskrivi l-budget għas-sena dieħla billi jistqarr li dan hu budget li ma jagħrafx ir-realtajiet soċjali tal-lum u li l-Gvern qiegħed jipprova jgħatti sitwazzjoni ekonomika u soċjali li sejra mill-ħażin għall-agħar.
Il-Kap Nazzjonalista mistenni jgħid ukoll li matul dawn l-aħħar erba’ snin, il-Gvern ma għamel xejn dwar in-nuqqas ta’ housing u ma raħħasx il-prezzijiet tal-fuel. Waqt li għat-tielet sena konsekuttiva, il-Gvern żied il-pensjonijiet wara ffriżar ta’ 25 sena, Delia mistenni jgħid li l-pensjonanti ma gawdewx mis-surplus.