Il-139 biċċa xogħol li ħa Peter Paul Said mill-Kunsill Lokali tan-Nadur swew xejn inqas minn €117,457.54.
Peter Paul Said ħa dawn ix-xogħlijiet bejn Jannar elfejn u tlettax u April li għadda – meta l-Kunsilli Lokal tan-Nadur kien immexxi minn żewġ aħwa ħutu Charles Said u Edward Said.
Dawn kollha huma aħwa ta’ Chris Said li hu wkoll kien Sindku tan-Nadur.
Fl-aħħar ġimgħat, rapport tal-Bord tal-Governanza innota nuqqasijiet kbar fil-mod kif kien jaħdem Charles Said.
Iżda f’tagħrif esklussiv li ppubblika l-ġurnal KullĦadd, jirriżulta kif minbarra dan, inġibdet l-attenzjoni li tista’ ssir investigazzjoni ħafna aktar fil-fond dwar il-mod li bih l-eks sindku tan-Nadur Charles Said kien iqassam xogħol lil ħuh.
Minn x’ħin il-Ħadd filgħodu kienu żvelati dawn id-dettalji ġodda dwar kif Tal-Ganga jaħdmu fin-Nadur iddomina s-skiet mill-Partit Nazzjonalista u l-protagonisti tal-każ infushom.
Chris Said uża Facebook biex tkellem dwar kwistjonijiet oħra, iżda mhix din.
Anke jekk il-Ħadd filgħodu kienet id-diskussjoni fuq fomm ħafna fil-pjazza tan-Nadur fejn lil ta’ Said jafuhom sew.
Jirriżulta li jeżistu volumi ta’ dokumentazzjoni dwar l-użu ħażin ta’ fondi pubbliċi mill-Kunsill Lokali tan-Nadur.
Fatti li jkomplu jgħaqdu mal-indħil ta’ Chris Said fl-allokazzjoni ta’ fondi lill-Kunsill Lokali, meta kien hu Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli. Indħil li ħareġ ċar f’investigazzjoni li ħejja l-Uffiċju tal-Awditur Ġenerali, u li ġabru f’kelma waħda: ‘unwarranted’.