Fi żjara fl-iskola Primarja tal-Mellieħa, il-Ministru għat-Turiżmu, Clayton Bartolo, u l-Kummissarju tal-Films, Johann Grech, enfasizzaw l-irwol kruċjali tal-edukazzjoni bikrija dwar il-films.
Huma kienu qed jitkellmu fil-kuntest tal-Konferenza dwar l-Edukazzjoni tal-Films li se ssir lejn l-aħħar ta’ dan ix-xahar, bl-isem ta’ Sure Start.
Il-Ministru għat-Turiżmu, Clayton Bartolo, qal li l-edukazzjoni bikrija tal-films tgħin lill-istudenti jifhmu u japprezzaw diversi kulturi u perspettivi filwaqt li jitrawmu produtturi tal-films futuri li jistgħu jikkontribwixxu għar-reputazzjoni ta’ Malta bħala destinazzjoni ewlenija f’dan il-qasam.
Il-Kummissarju tal-Films, Johann Grech, enfasizza l-valur ta’ din l-inizjattiva, u sostna li edukazzjoni bikrija tal-films tiżra’ ż-żerriegħa għal industrija tal-films vibranti fil-futur.
Grech ħabbar li, mis-sena d-dieħla, l-għalliema se jingħataw is-setgħa ;o jagħtu edukazzjoni dwar il-films lit-tfal sa minn età żgħira.