Dan hu Mikhail Felice ta’ tmien snin.
Mikhail ilu ħames xhur jingħata l-kimoterapija fl-Isptar Mater Dei wara li żviluppalu tumur f’riġlejh.
Minkejja t-tbatija li għaddej minnha, Mikhail għandu xewqa li jiltaqa’ ma’ ħutu, fosthom ħuh it-tewmi.
B’għafsa ta’ qalb qalilna li bħalissa minħabba s-sitwazzjoni tal-imxija tal-Coronavirus, ma jistgħux jżuruh uħud mill-għeżież tiegħu fl-isptar.
“Nixtieq li nara lil ħuti u noħroġ barra”
Omm Mikhail, Michelle Felice tkellmet dwar il-weġgħa tagħha li tara lil binha ibati.
“Ħadt xokk qawwi. La nista’ nara lit-tfal dan tewmi.”
Qalet li s-sitwazzjoni tal-Coronavirus ġabet stallet ikbar mhux biss għax binha ma jistax jgħannaq bħal qabel lil ħutu iżda għax Mikhail ma jistax imur l-Ingilterra jagħmel operazzjoni.
“Minħabba din s-sitwazzjoni t-tifel ma jistax imur l-Ingilterra jagħmel l-operazzjoni.”
Magħluqa bejn erba’ ħitan, l-omm u l-iben appellaw lill-pubbliku sabiex jagħmlu sagrifiċċju bħalhom u joqgħodu ġewwa.
Il-kuraġġ li qed juru huwa bla tarf.
L-omm qalet “Inħeġġeġ lil kulħadd jobdi u joqogħdu d-dar. Aħna qegħdin nobdu qed nagħmlu sagrifiċċju qegħdin id-dar”, filwaqt li ċ-ċkejken appella “Jekk joħobkhom oqgħodu d-dar.”