New South Wales fl-Awstralja qed jesperjenza l-agħar nixfa li ħakmet il-Lvant tal-Awstralja.
Dan huwa l-iktar Stat popolari fil-kontinet, u huwa magħruf għall-prodotti agrikoli ġenwini li jipproduċi. Il-Gvern Awstraljan alloka miljuni ta’ dollari Awstraljani biex jintużaw għall-każi ta’ emerġenza li qed iġġib magħhha n-nixfa.
Uffiċjali fuq il-post saħqu mal-midja li l-komunitajiet u r-raħħala fl-inħawi lkoll ħerqana għal qatra xita biex jieħdu r-ruħ.