Fit-tieni filmat li ħarġet il-paġna Nas Daily, paġna li jieħu ħsiebha ġuvni Iżraeljan, ġiet diskussa l-lingwa Maltija u li minkejja li l-lingwa hi differenti mill-Għarbi xorta waħda seta’ jifhem u jikkomunika.Fejn qal li dan seta’ jkun possibbli għax il-lingwa Maltija hi magħmula minn għadd ta’ lingwi differenti b’similaritajiet għal kliem ġejjin mill-Għarbi, Franċiż u anke mill-Ingliż.
Nas Daily hi paġna li fiha, sid il-paġna Nuseir Nassin flimkien mat-tim tiegħu, jtellgħu filmati dwar il-pajjiżi li jżuru. B’aktar minn ħames miljun segwaċi, din il-paġna teduka u kif ukoll turi s-sabiħ ta’ kull pajjiż bi stejjer mill-isbaħ u filmati li jġibulek għajnejk wara widnejk.
Fil-filmat jidhru persuni Maltin jitkellmu ma’ Nuseir fejn f’mument minnhom hu jispjega kif meta beda jitkellem mal-Maltin beda jifhem xi bdew jgħidu.
Il-filmat jintemm b’messaġġ pożittiv fejn fl-aħħar mill-aħħar minkejja d-differenza fil-lingwa, xorta jinsabu fuq l-istess paġna u meta d-dinja kollha tkun fuq l-istess paġna ikun hemm inqas diżgwid u aktar għaqda.