‘Nistennew grawnd mimli kontra l-Iskozja’. Kien dan il-messaġġ tal-plejer tat-tim nazzjonali Malti Roderick Briffa flimkien mal-kowċ Pietro Ghedin f’konferenza tal-aħbarijiet.
Il-logħba tal-Ħadd 4 ta’ Settembru ser tkun il-ftuħ tal-impenji Maltin għall-kwalifikazzjoni tat-tazza tad-dinja 2018 f’pajjiżna għaliex l-ewwel logħba ser tkun qed tintlab nhar il-Erbgħa kontra l-Estonja.
Waqt l-istess konferenza is-Segretarju Ġenerali Bjorn Vassallo, sostna li minn ġimgħa qabel diġa hemm tliet kwarti tal-grawnd mibjugħ.
Fl-istess konferenza s-Segretarju Ġenerali sostna li Malta ser tkun qed tiltaqa ukoll mat-tim nazzjonali tal-Izlanda, fil-15 ta’ Novembru għal logħba ta’ ħbiberija. It-tim Iżlandiz kien it-tim sorpriża fit-turnew tal-Euro2016.
Matul din l-istess konferenza ġew preżentati il-flokkijiet il-ġodda tat-tim nazzjonali.