Il-Prim Ministru stenna li min kkwota għal mitt darba il-gidba Egrant tqum u tistqarr li kien żbaljat u ma kien xejn għajr għal aħbar falza.
Dr Muscat qal li huwa jħares ’l quddiem sabiex jitkellem fil-Parlament fuq din il-gidba kbira li għamlu sħab il-Kap tal-Oppożizzjoni fuq familtu.
Fl-ewwel seduta tal-Parlament Adrian Delia staqsa jekk il-Prim Ministru kienx se jagħmel stqarrija dwar dak li qal il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici li kien fil-qadi ta’ dmiru li jgħin u jagħti pariri lill-Prim Ministru f’affarijiet ta’ importanza nazzjonali.
Il-Prim Ministru fakkar li l-Kap tal-Oppożizzjoni għamel kawża l-qorti. Huwa qal fuq il-ġibda trid issir l-ewwel stqarrija ministerjali, aktar milli fuq affarijiet Legali, li huma importanti.