Dan huwa Gvern li dawwar paġna totalment ġdida f’ pajjiżna. Gvern li jħoss il-polz tal-poplu u jaġixxi. Hekk sostna l-Prim Ministru Joseph Muscat waqt il-programm Arena.
Il-Prim Ministru qal “aħna ġejna eletti biex inkunu differnti u ħa nkomplu nkunu differnti, bit-timing li nagħzlu aħna bis-sitema li nagħzlu aħna, wara li nixtarru l-fatti, l-affarijiet kif inhuma, x’jaħsbu n-nies, l-impresjoni li għandhom in-nies u dik se tkun id-differenza li se tidher f’din il-leġislatura u kif alla jrid il-legislatura ta’ wara ”Dan għal kuntrarju tal-attiduni li kien imdorri biha l-pajjiż, meta l-Gvern kien jinjora l-leħen tal-poplu.
“ Nisimgħu mingħajr suppervja u din hija d-differenza bejn il-Gvern ta’ qabel u dan il-Gvern. Ta’ qabel kien jgħidlek ‘dak perċezzjoni, ħallihom ħa jipprotestaw, dik biss percezzjoni, ħa mmur nivvota bil-qalb favur il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, dak nesa l-kont fl-Iżvizzera bi żball.’ Le, aħna ngħidu: nisimgħu, ngħarblu, naraw x’inhuma l-fatti, l-impressjonijiet tan-nies u nieħdu l-azzjoni. Jien Prim Ministru, jekk xejn ħadt l-azzjonijiet”
Fid-dawl li l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qed jipprova jsaħħan l-irjus u jiżra’ l-firda fost il-poplu, il-Prim Ministru b’reazzjoni kontrastanti appella għas-serenita’ fost il-poplu.
“Simon Busuttil jista’ jmur quddiem il-Qorti kif inhu fil-liberta’ li jagħmel, jagħmel l-istqarrijiet anka jekk issa qed jikkummenta dwar każ sub judice, imma fl-aħħar ir- responsabilita’ tieghħ bħala Prim Ministru hija li nara li l-postijiet tax-xogħol ikomplu jinħolqu, li l-ekonomija tkompli tikber u l-affarijiet ikunu sejrin tajjeb f’dan il-pajjiż”
Il-Prim Ministru rrefera wkoll għall-attakk vjolenti li seħħ fuq il-ġurnalisti li kienu qed jagħmlu dmirhom, jipprovaw isaqsu barra l-bini tal-Qorti. Xena li fi kliem Joseph Muscat, ma tibgħatx sinjal tajjeb. Qal li “hija xi haġa inaċċettabli meta suppost dimostrazzjoni dwar il-liberta’ tal-espressjoni spiċċat b’attakk fuq persuni li kienu hemmhekk jagħmlu xogħlhom” Dwaru stess, il-Prim Ministru qal “jien inkun imdawwar b’ġurnalisti kemm il-darba mhux l-ewwel darba li jkun hemm numru minnhom insistenti mhux ħazin – nipprova nwieġeb kemm nista”.
Filwaqt li stqarr li lill hinn mit-tfixkil li qed isib pajjiżna mill-oppożizzjoni, u kulħadd għandu dritt li jipprotesta, il-Gvern se jibqa’ iffukat fuq xogħlu.
“In-nies mhux se jieklu bil-protesti, in-nies se jieklu bil-ġid li rridu noħolqu u dak huwa x-xogħol ta’ kuljum, kien hekk, huwa hekk u se jibqa’ hekk għas-sentejn li ġejjin”.
Tista’ tara l-programm hawn: