Kif żvelajna nhar is-sibt li għadda, Branko Nisevic huwa l-assistent kowċ il-ġdid tat-tim nazzjonali Malti wara li l-ġimgħa li għaddiet l-MFA ħatret lil Ray Farrugia bħala l-kowċ tat-tim tal-kbar.
Nisevic huwa wiċċ familjari fil-kurituri tal-MFA wara li diġà serva bħala kowċ tat-tim nazzjonali ta’ taħt is-17 il-sena filwaqt li kien diġà jokkuppa l-kariga ta’ assistent kowc tat-tim nazzjonali Malti A bejn l-2011 u l-2013. F’dan il-perjodu hu kien assista lit-Taljan Pietro Ghedin.
Ronald Vella ser jibqa’ parti mit-tim ta’ kowċis tat-tim nazzjonali filwaqt li Luca Pagani u Charles Sciberras ġew ikkonfermati bħala physical trainer u kowċ tal-goalkeepers rispettivament.