Nisa musulmani nġabru f’Westminster biex juru s-solidarjetà tagħhom mal-vittmi tal-attakk terroristiku f’Londra.
Mat-tokki tal-Big Ben, in-nisa li libsu l-kulur blu bħala simbolu ta’ paċi ngħaqdu flimkien ma persuni oħra f’ħames minuti ta’ silenzju. Silenzju li jfakkar il-memorja ta’ dawk il-vittmi li tilfu ħajjithom mingħajr ebda ħtija u ngħaqdu mal-mijiet ta’ Ewropej li tul l-2016 u l-2017 spiċċaw f’attakk terroristiku.
Kienu tliet persuni li tilfu ħajjithom f’dan l-attakk li kiser is-sbuħija ta’ din iż-żona f’Londra, meta Khalid Masood baqa’ dieħel bil-karozza tiegħu f’numru ta’ nies li kienu mexjin.
Qabel ma wettaq dan l-attakk huwa ta daqqa ta’ sikkina lil Pulizija li kien qed iservi ta’ gwardja fiż-żona tal-Parlament. Mansood inqatel mill-Pulizija fuq il-post li seħħ l-attakk. Ir-raba’ vittma, miet ftit ġranet wara l-attakk hekk kif kien qed jinżamm ħaj bil-magni.