- In-numru ta’ reġistraturi tal-organi qabeż il-5,000
F’Jum il-Mara, Nisa Laburisti appellat lin-nisa biex ikunu donaturi tal-organi.
Dan l-appell sar f’laqgħa li delegazzjoni mill-Eżekuttiv ta’ NL – Nisa Laburisti kellha mal-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne. Din kienet waħda mil-laqgħat li NL – Nisa Laburisti kellha tul l-aħħar jumejn u li tulhom kienu diskussi diversi temi fosthom il-pagi, l-impjiegi u l-opportunitajiet għan-nisa Maltin u Għawdxin.
Bħala sinjal lin-nisa Maltin u Għawdxin, id-delegazzjoni rreġistraw bħala donaturi tal-organi.
Claudette Abela Baldacchino President ta’ NL – Nisa Laburisti qalet li filwaqt li huwa tajjeb li f’Jum il-Mara nfakkru l-kisbiet u nitkellmu fuq ir-riformi li għad fadal isiru, fl-istess ħin Nisa Laburisti trid tgħaddi l-messaġġ pożittiv biex aktar persuni jersqu ‘l quddiem u jkunu donaturi tal-organi.
Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fakkar li llum kull min għandu minn 16 il-sena ‘l fuq jista jirreġistra x-xewqa tiegħu li jkun donatur tal-organi. In-numru ta’ reġistraturi issa qabes il-ħames t’elef donatur.
Fi kliem il-Ministru: “Dan in-numru mistenni jkompli jiżdied hekk kif bħalissa qed jintbgħatu formoli ta’ reġistrazzjoni fil-lokalitajiet kollha madwar Malta u Għawdex”.