Il-Grupp Women for Women, imwaqqaf minn Francesca Fenech Conti bil-għan li jipprovdi spazju lil nisa jiddiskutu suġġetti li jolqtuhom, ġie imblukkat mill-amministraturi ta’ Facebook.
Dan jiġri meta ammont ta’ nies jilmentaw jew jirrapportaw dwar il-paġna. Din laħqet kisbet popolarità tant li kellha aktar minn 9,000 membru. B’reazzjoni waħda min-nisa f’dan il-grupp qalet hekk:
I feel so disappointed that some people will resort to reporting a page that has over 9000 women because they feel threatened. We live in a society that is more than half women. Let us discuss and disagree but we our voice will not be silenced. In a free, democratic society …
Il-fondatriċi tal-paġna kitbet hekk:
Dan il-grupp kien qiegħed isemma leħnu favur l-introduzzjoni ta’ kontraċezzjoni t’emerġenza f’pajjiżna, bħall-morning after pill. Ħafna qed jikkundannaw dan l-att kontra libertà tal-kelma.
‘Dislike’ kif ngħidu fid-dinja online.
Issa nħoloq grupp ieħor u n-nisa li kienu fil-grupp magħluq qed ikunu mħeġġa’ jerġgħu jissiebħu.