Nisa Laburisti laqgħet il-vot tal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew. Mhux biss għax għal darb oħra l-poplu Malti u Għawdxi ta rebħa storika lill-moviment li nbena madwar il-Partit Laburista, iżda wkoll għax id-delegazzjoni taż-żewġ partiti għall-Parlament Ewropew għandha rappreżentanza ugwali bejn nisa u rġiel.
Il-President ta’ Nisa Laburisti, Nikita Zammit Alamango, esprimiet sodisfazzjon għal dan u sostniet li dak hu li għandna naspiraw għalih fuq bażi nazzjonali wkoll.
Għalhekk sostniet li l-gvern għandu jissokta bil-ħidma tiegħu b’rabta mar-riforma li ddaħħal l-ugwaljanza fil-politika.
Dan għax bis-sistemi preżenti l-Parlament Malti ma wasal qatt lejn din it-tip ta’ rappreżentanza ugwali bejn il-ġeneri li qed ikollna fid-delegazzjoni għall-Parlament Ewropew.