“Dan huwa pass kbir il-quddiem fl-istorja tal-IVF f’pajjiżna u juri l-impenn personali tal-Prim Ministru Joseph Muscat li ta’ widen ta’ dawk għaddejjin mill-proċess” qalet Claudette Abela Baldacchino President ta’ Nisa Laburisti li żiedet tfaħħar ukoll l-impenn tal-Ministeru għad-djalogu soċjali, affarijiet tal-konsumatur u libertajiet ċivili.
Koppji li jkunu għaddejjin mill-IVF f’Malta jew barra minn Malta ser ikunu intitolati għal mitt siegħa leave bi ħlas sħiħ bejniethom li tkun imħallsa mill-prinċipal.
Dan il-leave se jingħata sa massimu ta’ tliet proċessi ta’ IVF.
Dan il-leave se jkun jista’ jintuża fi kwalunkwe ħin matul il-proċess tal-IVF u se jkun jista jinqasam f’sittin siegħa għall-ġenitur prospettiv li se jkun qed jirċievi l-impjant tal-embriju, u erbgħin siegħa għall-ġenitur l-ieħor. Il-leave jista’ jittieħed fl-istess ħin mill-ġenituri prospettivi u jista’ jittieħed f’mod kontinwu jew jitqassam f’siegħat.