Nisa Laburisti fi stqarrija rringrazzjat lill-Onor. Rosianne Cutajar li aċċettat it-talba għal laqgħa ta’ konsultazzjoni dwar il-proposta ta’ liġi tal-kremazzjoni.
Nikita Zammit Alamango, President tan-NL, faħħret l-inizjattiva taż-żagħżugħa Parlamentari li ressqet proposta oħra ta’ għażla personali.
Nisa Laburisti kienu minn ta’ quddiem li xprunaw dan il-ħsieb u laqgħu b’sodisfazzjoni din il-proposta.
Għal darb’oħra l-Partit Laburista fil-gvern qiegħed ikun minn ta’ quddiem biex jagħti l-għażla lill-individwu. Din id-darba dwar xi jsir minnu wara mewtu.
Waqt il-laqgħa Zammit Alamango saħqet dwar l-importanza li jkun hemm reġistru nazzjonali fejn individwi jkunu jistgħu jiktbu xewqithom u b’hekk il-qraba jkunu jistgħu jimxu fuq ix-xewqa ta’ qrabathom, kif sar fil każ tad-donazzjoni tal-organi.