Fi stqarrija, Nisa Laburisti ferħet lin-Nutur Myriam Spiteri Debono li se tinħatar bħala President tar-Repubblika. Hi se tkun il-ħdax-il President tar-Repubblika u t-tielet President mara li qatt kellu pajjiżna.
Intqal kif Nisa Laburista tħossha onorata aktar minħabba li għal bosta snin, serviet ukoll fil-kariga ta’ President tal-Għaqda Nisa Laburisti.
Ġie nnotat li Spiteri Debono hi tassew persuna denja għall-kariga ta’ President hekk kif tul il-karriera politika u professjonali tagħha dejjem baqgħet viċin in-nies u dejjem kellha għal qalbha l-interessi taż-żgħir.
Intqal li meta serviet fil-kariga ta’ Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, Myriam Spiteri Debono dejjem imxiet b’mod integru u ġust fl-irwol tagħha.
Nisa Laburisti temmen li l-ħatra ta’ Myriam Spiteri Debono fil-kariga ta’ President hi turija oħra ċara ta’ Gvern li għandu l-kuraġġ jirriforma l-kostituzzjoni biex il-President ta’ dan il-pajjiż ikun maħtur b’żewġ terzi tal-kamra.
Gvern Laburista kien, għadu u se jibqa’ kommess li jkompli jara’ li aktar nisa jokkupaw karigi importanti, saħansitra l-ogħla karigi kostituzzjonali ta’ pajjiżna.
AQRA AKTAR: