Fi stqarrija, l-għaqda qalet li Gvern Laburista ta priorita lil kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ vjolenza domestika u vjolenza abbażi l-ġeneru bir-ratifika tal-Konvenzjoni ta’ Istanbul u l-implimentazzjoni tagħha fil-liġi.
Madanakollu, Nisa Laburisti saħqet li huwa importanti li l-partijiet kollha interessati jkollhom aċċess għar-riżorsi meħtieġa, persuni mħarrġa u servizzi speċjalizzati għal persuni f’riskju jew li huma vittmi ta’ vjolenza domestika.
Il-President ta’ Nisa Laburisti Nikita Zammit Alamango rrimarkat li dil-kwistjoni għandha tkun indirizzata mill-ewwel. Kwistjoni li tolqot lil kulħadd, għax kulħadd għandu omm jew oħt.
L-istqarrija temmet tgħid li ħadd m’għandu dritt li jneħħi l-ħajja ta’ mara, irrelevanti l-kulur tal-ġilda, in-nazzjonalita, ir-reliġjon u r-razza tal-mara.