Matul ix-xahar ta’ Ottubru,Nisa Laburisti se tkun qed titfa’ d-dawl fuq il-kwistjoni tas-saħħa mentali, kwistjoni li aktar ma jgħaddi ż-żmien,aktar qed isir kruċjali li jkun hawn aktar edukazzjoni u għarfien dwarha.
Nisa Laburisti nnutat li problemi fis-saħħa mentali huma aktar evidenti fin-nisa, minħabba l-iżbilanc fl-ormoni.
Il-president ta’ NL Nikita Zammit Alamango saħqet li n-nuqqas ta’ sapport u emanċipazzjoni jista’ jirriżulta f’każijiet ta’ problemi fis-saħħa mentali, anki f’sitwazzjonijiet ta’ vjolenza domestika u ‘bullying’ li ħafna drabi jikkawżaw ‘trigger’ għall-problemi ta’ saħħa mentali.NL faħħret l-impenn tal-Gvern f’dan il-qasam tant importanti għal pajjizna speċjalment fl-impenn li qed isir lejn il-pazjenti kif ukoll fiprogrammi apposta ppreparati għall-qraba tagħhom.
Zammit Alamango spjegat li dan mhux każli individwi jkollhom karattru dgħajjef iżda sitwazzjoni fiżika bħal meta wieħed ibati minn kundizzjonijiet oħra bħall-problemi tal-qalb jew zokkor u għalhekk huwa kruċjali li wieħed ifittex l-għajnuna minnufih u qabel ma tikber il-problema. Illum,il-kura fis-saħħa mentali kibret u hemm diversi trattamenti li pazjent jista’ jagħżelli jirrikorri għalihom.
Nisa Labursti talbet li jsir aktar investiment f’dan il-qasam u li jsir xogħol fil-komunita’biex titkisser l-istigma u s-servizzi offruti dejjem jkunu eqreb lejn ic-ċittadin, filwaqt li semmiet li dawn is-servizzi għandhom ikunu aċċessibli ġewwa Għawdex ukoll.