Bħala parti mill-attivitajiet tal-EuroPride, il-fergħa tal-Partit Laburista, Nisa Laburisti, organizzaw id-diskussjoni dwar is-surrogazija, suġġett delikat ħafna fejn persuna tagħżel li ġġorr tarbija għal xi ħadd ieħor, li jkollu problemi ta’ fertilità jew biex it-tarbija titrabba minn koppja omosesswali.
Waqt din id-diskussjoni, diversi persuni tkellmu u qassmu l-ideat tagħhom dwar is-surrogazija u qalu li dan il-proċess jista’ jgħin lil koppja biex ikollha tfal li jistax ikollhom.
Is-surrogazija hi legali f’diversi pajjiżi oħrajn.
Fid-diskussjoni ta’ Nisa Laburisti attendew u ħadu sehem is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi, Rebecca Buttigieg, il-President tal-Partit Laburista Ramona Attard u diversi membri parlamentari.