L-eżekuttiv ta’ Nisa Laburisti iddikjara ruħu favur l-introduzzjoni tal-kontraċezzjoni f’każ ta’ emerġenza, ċioe l-morning after pill.
Il-President Claudette Abel Baldacchino qalet li din għandha tkun introdotta flimkien ma aktar edukazzjoni dwar is-sess u s-saħħa u drittijiet fejn tidħol ir-riproduzzjoni. Din it-tip t’edukazzjoni għandha tingħata minn età bikrija u għandha tkun disponibbli kemm għall-bniet kif ukoll għas-subien, biex dawn ikunu responsabbli minn għemilhom u l-għażliet tagħhom.