Nista’ Laburisti talbet lill-Awtorità tax-Xandir biex tfassal u timplimenta direttiva biex il-mezzi tax-xandir jaraw li l-valur tal-ugwaljanza jissaħħah u ma jkunx hemm tkasbir tan-nisa u d-drittijiet tagħhom.
F’ittra li l-President ta’ Nisa Laburisti, Claudette Abela Baldacchino, kitbet lill-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tax-Xandir, Joanna Spiteri, intqal li każi riċenti urew iktar minn qatt qabel il-ħtieġa ta’ direttiva simili.
“Għal darb oħra, bħala organizazzjoni, erġajna qed inkunu proattivi, fejn mhux biss nilmentaw iżda noffru proposti ta’ x’bidliet hemm bżonn,” qalet Abela Baldacchino.
L-ittra, li tispjega l-ħsibijiet ta’ Nisa Laburisti tista’ ssibha hawn isfel;
[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2017/09/ittra25.pdf”]