Bil-flus li nġabru fil-kampanja tal-Pink October-Movember tas-sena l-oħra, il-Fondazzjoni Marigold xtrat u ppreżentat magna ġdida liċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo. Bis-saħħa ta’ din il-magna ġdida se jitnaqqas sew l-iskariġġ li jgħaddu minnu nisa morda bil-kanċer fl-għonq tal-utru.
Dan hekk kif dawn in-nisa, li jgħoddu għal madwar ħamsa u għoxrin kull sena, ikollhom bżonn imorru Londra biex itemmu t-trattament ta’ kimoterapija tagħhom.
Issa, grazzi għal din il-magna, dawn in-nisa jistgħu jibdew u jtemmu t-trattament f’Malta.
Il-konsulenta Kristelle von Brockdorff spjegat kif fi proċess, imsejjaħ brachytherapy, dawn in-nisa jieħdu radjoterapija esterna tul it-trattament, iżda mbagħad jiġu bżonn radjoterapija interna biex itemmuh, li jingħata permezz ta’ din il-magna, li tagħti doża qawwija ta’ radjoterapija lit-tumur waqt li tipproteġi l-organi ta’ madwaru.
“Now we’re training the team to be able to give it in Malta and we need this machine because during the procedure, we insert metal volts into the uterus. To make sure they’re in the right position, we can’t do that without this ultrasound machine, this is absolutely key, and this is why we are so grateful to everyone who has looked at the billboards and picked up the phone and donated money because these are the results of all that campaigning and hard work.”
Kristelle Von Brockdorf – onkoloġista
Preżenti għall-attività, li rat il-preżentazzjoni ta’ din il-magna liċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo, kien hemm Rita Brincat, li ġġieldet b’suċċess il-kanċer f’sidirha.
Mal-mikrofonu ta’ ONE News qasmet l-istorja tagħha, li bdiet meta laqgħet l-istedina għall-mammogram b’xejn, f’invit li sabet fil-letterbox.
“Bagħtu għalija għax qaluli li hemm traċċi li jistgħu jiżviluppaw f’kanċer, jiġifieri dawn ma tħosshomx u ma tarahomx b’għajnejk, u kellu jinqata’ l-ewwel sider.”
Rita Brincat – pajżjent tal-kanċer
Hi kompliet tispjega kif, wara dan l-episodju, baqgħet tiċċekkja lilha nnifisha b’mod regolari.
“Bqajt niċċekkja sidri l-ieħor, għalhekk importanti u din tajjeb li tispjegaha. Bqajt niċċekkja sidri u ħassejt xi ħaġa stramba, kienet għadha lanqas hi boċċa, ara kemm qbadtu fi stadju bikri, imma dejjem għax iċċekkjajt b’idejja.”
Rita Brincat – pajżjent tal-kanċer
Fix-xahar, li ra l-bidu ta’ kampanja oħra bl-istess għan, iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni Marigold, Michelle Muscat, ħeġġet lill-pubbliku biex jagħti d-donazzjonijiet tiegħu.
“Nagħmlu appell għal din is-sena wkoll. Għandna proġett ieħor sabiħ li jekk il-Bambin irid, jekk iseħħ, jibda jkollna servizzi tal-onkoloġija fil-komunità mid-dar. Hopefully, jekk in-nies jagħtu, Pink October-Movember tgħin lil kulħadd, lill-NGOs u lill-pazjenti li jkunu għaddejjin mill-marda tal-kanċer.”
Michelle Muscat – Chairperson Marigold