“Nixtieq nirringrazzja lil Alla talli kien miegħi għax għal naqra ma spiċċajtx id-dinja l-oħra.” Hekk qalet tfajla li jumejn ilu kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq Aldo Moro wara li kawża tax-xita li għamlet dakinhar tilfet il-kontroll tal-vettura tagħha u ħabtet fil-crash barrier.
It-tfajla f’messaġġ fuq il-profil tagħha tas-sit soċjali Facebook irringrazzjat lil Alla li kien magħha waqt dan l-inċident sfortunat u kompliet billi qalet li kieku ma kienx magħha l-konsegwenzi setgħu kienu agħar u l-familjari u l-ħbieb tagħha kienu jqattgħu żmien il-Milied u sena l-ġdida mill-agħar.
Hi wissiet dwar l-importanza li wieħed joqgħod attent waqt is-sewqan u mbilli jitlef l-kontroll dan ma jfissirx li għax ma jafx isuq iżda li xi kultant jafu jkun minħabba ostakli inevitabbli.
It-tfajla kitbet ukoll li fil-mument tal-inċident għamlet dak kollu li setgħet biex tevita l-vetturi l-oħra li kienu fl-istess direzzjoni sabiex ma jkun involut ħadd iktar fl-inċident.
Fil-messaġġ tagħha tat parir lil kulħadd li “dejjem għandek tgħix ħajtek u tgawdi għax ma tafx x’jista’ jiġri jew meta tkun waslet il-ġurnata tiegħek.”