Aktar kmieni llum, fil-fergħa tal-APS Bank tal-Mosta kien hemm nirien żgħar li ġew ikkontrallati ftit tal-mumenti wara. B’riżultat ta’ dan, il-bank informa lill-klijenti tiegħu li għada se jiftaħ fl-10a.m. Il-maniġment tal-APS irringrazzja lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivli u lill-Pulizija għall-intervent immedjat u l-koperazzjoni tagħhom.