Eluf ta’ pumpiera qed jissieltu ma’ nirien qawwija li ħakmu diversi villaġġi u postijiet turistiċi fuq il-Kosta Mediterranja u tal-Eġew fit-Turkija.
S’issa rapporti qalu li erba’ persuni tilfu ħajjithom u għexieren oħra kellhom jittieħdu l-isptar għall-kura. Bdiet ukoll investigazzjoni biex isir magħruf x’ikkawża n-nirien.
Il-Ministru għall-Agrikoltura Tork qal li l-pumpiera għandhom bżonn aktar ħin biex jikkontrollaw in-nirien.