Illejla, membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għaddejja b’operazzjoni delikata sabiex jitfgħu nirien li tkebbsu f’numru ta’ mħażen f’Burmarrad.
ONE News jinsab infurmat li fuq il-post hemm numru kbir ta’ vetturi tat-tifi tan-nar, fosthom dawk tan-nirien industrijali.
Sadanittant, f’kitba fuq Facebook, il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri qal li hu infurmat li m’hemmx persuni maqbuda fiż-żona tal-inċident.
Il-Minidtru Camilleri qal li l-forzi tal-ordni wkoll qed jassistu lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, waqt li talab biex kulħadd jikkopera.