Komplew in-nirien qawwija f’bosta pajjiżi Ewropej kawża tas-sħana qawwija, din id-darba fir-Repubblika Ċeka.
In-nies ġew ordnati jżommu t-twieqi u l-bibien magħluqa minħabba li bħalissa l-pumpieri għaddejjin jikkumbattu sabiex jitfu nirien li ħakmu park nazzjonali.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-midja internazzjonali qed tirrapporta li, apparti s-sħana qawwija, bosta żoni nħakmu mir-riħ, li qed iwassal biex id-duħħan ikompli jinfirex madwar il-pajjiż. Fil-kapitali, Praga, ġie rrappurtat li nqerdu xi djar.