Nirien qawwija ħakmu l-istat ta’ New South Wales fl-Awstralja. Fejn il-pumpiera kellhom biċċa xogħol kbira sabiex jikkumbattu n-nirien kbar li ħakmu l-Bunyip State Park.
Filfatt in-nirien kbar wasslu biex is-sitwazzjoni tqieset bħala waħda ta’ emerġenza tant li żoni fil-qrib ġew imwissija sabiex jitilqu minn djarhom.
Jidher li n-nirien bdew minħabba s-sajjetti kbar u qawwija li laqtu lil dan il-park.