Minn tal-inqas disa’ persuni tilfu ħajjithom wara li nar ħa fi sptar fit-Tajwan.
In-nar ħa ġo sala fis-seba’ sular tal-isptar fil-belt ta’ New Taipei.
Madwar 16-il persuna fosthom infermiera u pazjenti oħra jinsabu f’kundizzjoni kritika.
Għalkemm il-kawża tan-nirien għadha mhiex magħrufa jidher li dawn bdew kawża ta’ ħsara fl-elettriku.
Sadanittant rapporti fil-midja sostnew li l-pulizija sabu li l-isptar ma kienx mħejji tajjeb biex jilqa’ għal din it-tip t’emerġenza u ma kellux maskli li kellhom jintlibsu hekk kif id-dħaħen bdew jitferxu.