Id-Dipartiment tal-Protezzjoniji Ċivili qed iħeġġeġ biex kemm jista’ jkun, residenti fil-viċinanzi jżommu t-twieqi ta’ djarhom magħluqa biex ma jidħlux dħaħen ġewwa. Fl-istess ħin, sewwieqa huma mħeġġa biex jevitaw li jgħaddu miż-żona tal-Magħtab sakemm għadha għaddejja l-operazzjoni tat-tifi tan-nar.
Id-Dipartiment qal li dan l-appell se japplika speċjalment għal residenti tan-Naxxar, San Ġwann, il-Għargħur, u kwalunkwe post viċin tal-Magħtab.
Jidher li n-nirien ħadu viċin tal-impjant tal-Wasteserve għall-ħabta tal-04:00 ta’ dalgħodu. L-impjant ġie salvat, iżda jidher li n-nar se jdum jiem sħaħ ma jintefa’. Jidher li ħadd ma weġġa’ f’dawn in-nirien.