Nirien massivi ħakmu lanċa li kienet qed iġġorr 800 passiġġier fin-Nofsinhar tal-Bangladesh.
Kawża ta’ dawn in-nirien 37 persuna tilfu ħajjithom filwaqt li 72 minnhom indarbu huma u jaħarbu ‘l bogħod mil-lanċa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
In-nirien ħakmu għall-ħabta tat-tlieta ta’ filgħodu u s’issa għadu mhux magħruf x’wassal għal dawn in-nirien.
Uffiċjal fi ħdan id-Dipartiment tat-Tifi tan-Nar ħabbar li s’issa ġew rikoverati 37 ġisem.
Hu sostna li l-operazzjoni tas-salvataġġ għadha għaddejja u n-numru ta’ vittmi ta’ dan l-inċident mistenni jiżdied.